top of page
Fine_5M+.png
M_WITH-VIT-B1.png
M_IDEAL-FOR-WEANING.png
M_NO-SALT.png

the original - FINE

SKU: CL-MALFINE

€ 2.99

Maltova għandu l-aqwa ingredjenti għat-tarbija tiegħek għal bidu b’saħħtu għall-ħajja.

 

Maltova huwa organiku u msaħħaħ bil-vitamina B1, li hija essenzjali għall-ġisem tat-trabi u tat-tfal li dejjem qed jikber. Qatt ma nużaw pestiċidi jew fertilizzanti sintetiċi.

Il-prodotti tagħna m’għandhomx melħ, zokkor, kuluri jew preżervattivi miżjuda. Il-prodotti tagħna fihom il-glutina. Jista’ jkun fihom ukoll traċċi ta’ bajd, sojja u mustarda.

Żid mal-baskett

INFORMAZZJONI NUTRIZZJONALI

Prodott f'konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE għall-ikel tat-trabi UE 609/2013 & EC 1881/06

Għal kull 100g Enerġija*

Enerġija: 1484kJ/350kcal

Xaħam: 1.0g

Saturat: 0.4g

Karboidrati: 72.7g

Zokkor: 2.0g

Fibra: 3.0g

Protein: 11.0g

Melħ*: 0.045g *minħabba sodju naturali biss.

Vitamina B1: 1.0mg

INGREDJENTI

- Dqiq organiku tal-qamħ artab
- Ilma
- Vitamina B1
- Fih Glutina.

Jista' jkun fih ukoll traċċi ta' Bajd, Sojja u Mustarda.

Aħżen f'post frisk niexef.

DIREZZJONIJIET GĦALL-UŻU

Trabi minn 5 xhur +:

  1. Għalli 250ml ilma.

  2. Ferra 2 kuċċarini Maltova u ħawwad.

  3. Ttektek għal 5-6 minuti u servi.

  4. Żid il-porzjon skond l-età.

Tista’ isservi l-Maltova waħdu jew imħallat ma’ dak li tixtieq. Il-possibbiltajiet ma jispiċċaw qatt. B’mod popolari, il-Maltova huwa mħallat bl-istokk tat-tiġieġ, ġobon tal-krema, bajda mħabbta, parmiġġjan maħkuk, żejt taż-żebbuga, porzjon konsiderevoli ta’ pejst ta’ estratt tal-laħam likwidu, biċċa butir, soppa, frott jew anke zlazi tal-għaġin. L-għażla hi f’idejk u kulħadd huwa liberu jżid dak li jħobb.

bottom of page